Il‑Patrjiet ta' Ġiezu għandhom bżonnok...
Ara x'tista' tagħmel int ukoll...
Kattoliċi Maltin
9 min qari

Quddiem id-Dar ta' Alla...
F'dawn il-ġranet il-patrijiet żvelaw li fit-taraġ tal-Knisja ta' Ġieżu ġewwa l-Belt qed isir żfin indiċenti li mhux ta' quddiem in-nies, aħseb u ara quddiem knisja. Gazzetti lokali ppublikaw ritratti ta' dan is-sfin senswali u l-patrijiet saħqu ukoll li din mhijiex xi ħaġa ta' darba fil, iżda xi ħaġa li tiġri kontinwament.
Ibqa' aġġornat/a bl-aħbarijiet il-ġodda bl-email.
Fuq nota oħra, l-patrijiet qalu ukoll li hemm applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar li tista' tkompli thedded in-natura tal-post.
Din l-applikazzjoni PA/05005/26 qed titlob għal diversi bidliet relatati ma' bini antik fil-8, Triq San Ġwann, Belt Valletta. Fil-qosor, u fost oħrajn, qed jiġi mitlub:
Li l-użu tal-post jinbidel minn ħanut (Class 4A) għal stabbiliment tal-ikel u x-xorb (Class 4D), jiġifieri ristorant jew kafetterija.
Li jinħoloq spazju għall-ikel fuq barra b'imwejjed u siġġijiet fuq spazju pubbliku miftuħ.

Il-Patrijiet qalu li dan żgur se jwassal "mhux biss għal aktar storbju, iżda wkoll għal nuqqas ta’ aċċessibbiltà fit-taraġ li minnu jgħaddu ħafna persuni morda u vulnerabbli li jinżlu fil-Knisja biex jitolbu u jsibu post ta’ serenità, paċi u kenn waqt li jkunu qed jiffaċċjaw il-mard u t-tbatijiet tagħhom."

Fil-knisja ta' Ġieżu wieħed jista' jsib il-Kurċifiss Mirakoluż u l-Qabar u l-Altar tal-Beatu Malti Nazju Falzon.

Huma saħqu li l-punt tagħhom għamluh pubbliku u li se jibqgħu jsostnuh, "issa nħallu f'idejn l-awtoritajiet biex jagħmlu l-parti tagħhom," qalu l-Patrijiet.
"Il-bieb tagħna jibqa' dejjem miftuħ beraħ għal kulħadd," tennew il-Patrijiet.
Il-Patrijiet iġeġġuk Toġġezzjona int ukoll
Kull min jixtieq iressaq oġġezzjoni jew rappreżentazzjoni dwar l-applikazzjoni PA/05005/26 jista’ jagħmel dan sas-7 ta’ Settembru 2026.
Ir-rappreżentazzjonijiet jistgħu jintbagħtu b’dawn il-mezzi:
Permezz tas-sistema eApplications tal-Awtorità tal-Ippjanar;
Permezz tal-Case Search fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Ippjanar;
Bl-email fuq representations@pa.org.mt;
Bil-posta lil: Planning Authority, 3, Triq Fra Diegu, Marsa MRS 1501.
Meta tissottometti oġġezzjoni, huwa importanti li:
Tikkwota n-numru korrett tal-applikazzjoni: PA/05005/26;
Tinkludi indirizz elettroniku validu, peress li l-Awtorità tal-Ippjanar tikkorrispondi biss permezz tal-email.
Il-pjanti u d-dokumenti relatati mal-applikazzjoni jistgħu jiġu kkonsultati online permezz tas-sistema eApplications (bl-użu tal-eID), kif ukoll fl-uffiċċji tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Marsa u fil-Gozo Innovation Hub f’Xewkija.
Jirringrazzjaw lil Pubbliku għas-Solidarjeta
Il-Patrijiet Franġiskani Minuri tal-komunità tal-Belt irringrazzjaw lil dawk l-eluf li wrew “appoġġ, fiduċja, rispett u mħabba” magħhom matul dawn il-ġranet.
Il-Patrijiet wegħdu li jibqgħu jagħmlu ħilithom kollha biex iservu lill-Poplu ta' Alla u li jipproteġu lil dak li hu "tant għażiż għalina lkoll."
Il-Patrijiet se jżidu ix-xogħol!
Mhjux talli li l-patrijiet se jibqgħu jirsistu għal ġustizzja iżda ukoll se jaħdmu b'aktar saħħa! Għalhekk, l-patrijiet ħabbru wkoll ħinijiet ġodda u estiżi għall-knisja ta' Ġieżu.
Nhar ta' Ħadd, il-knisja se tkun miftuħa kważi l-ġurnata kollha.
Hawnhekk wieħed jista' jsib l-informazzjoni kollha:

Ringrazzjament
Minn naħa tagħna nixtiequ nirringrazzjaw lil Patrijiet għax-xogħol siewi tagħhom u nwegħduhom it-talb tagħna!
Agħmel Il-Ġid, Ixxerja dan l-Artiklu...
“Morru fid-dinja kollha u xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu.” — Ġesù Kristu
